L-AWAS tiċċara l-fatti – One News

Notifiki

L-AWAS tiċċara l-fatti

L-Aġenzija għal ħarsien ta’ dawk li jfittxu l-ażil ċaħdet li hemm tfal taħt is-16-il sena waħidhom fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

B’reazzjoni għal rapport ta’ The Times, l-AWAS iċċarat li hija konformi mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea u dawk kollha li jinsabu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ġew eżaminati dwar l-età tagħhom u r-residenti huma kollha minn 16-il sena ‘l fuq.

L-AWAS żiedet tgħid kif l-uffiċċini tagħha fiċ-ċentru nqerdu u hemm ħsarat oħra strutturali u fis-sistema tal-elettriku. Qalet li hija qed taħdem biex l-operat jerġa’ jeqleb għan-normal mill-aktar fis wara li jitneħħa kull periklu u bħalissa l-Laboratorju tal-Paċi qed iqassam l-ikel lill-immigranti.

L-istqarrija tal-AWAS temmet tgħid kif fiċ-ċentru bħalissa hemm nuqqas ta’ ħaddiema hekk kif ħafna minnhom ma daħlux għax-xogħol għax għadhom trawmatizzati b’dak li ġara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend