Għawdex ser jara r-ritorn tal-Auror Folk Festival – One News

Għawdex ser jara r-ritorn tal-Auror Folk Festival

Bħala parti mill-festa ta SantUrsola V.M., Patruna tGħawdex, is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 tal-Belt Victoria, flimkien mal-Parroċċa tal-Katidral, organizzat weekend  
tattivitajiet folkloristici u tradizzjonali fi Pjazza Katidral fic-Cittadella.

Wara deċenji ta snin, nhar il-Ġimgħa 18 tOttubru 2019, reġa ġie organizzat l-Aurora Folk Festival. Fambjent tradizzjonali, ic-Cittadella saret esebizzjoni folkloristika bis-sehem tal-ewwel grupp folkloristiku ta Malta, l-Aurora Folk Group, l-Aurora Youth Choir u grupp folkloristiku barrani mill-belt ta Grotte, fir-reġjun tAgrigento fi Sqallija. 
Barra minn hekk, il-Pjazza kienet lok ta ikla tradizzjonali Maltija bi spettaklu folkloristiku live u stands tal-artiġjanat u xogħol tal-idejn.  
 
Nhar il-Ħadd 20 tOttubru 2019, fil-Katidral, ġiet iccelebrata l-festa tradizzjonali u reġjonali ta SantUrsola V.M., Patruna tGħawdex. Wara t-talb ta sbiħ il-jum, ġie ċċelebrata quddiesa solenni mmexxija mill-Arcipriet Mons. Joseph Sultana u bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Katidrali. Wara, fl-isfond tal-moti solenni tal-Festa mill-qniepen tal-Katidral, saret Festa Folkloristika fil-Pjazza bis-sehem tal-Aurora Folk Group u l-Compagnia Folkloristica Siciliana della Citta di Grotte. Fost żfin, mużika u kant folkloristiku, sar ukoll it-Tieġ Tradizzjonali Malti.  
Is-SocjetaFilarmonikaLeoneA.D.1863taralitibqatagħtil-ħajjalill-tradizzjonijietMaltinuinizzjattivipassatitas-Socjetabil-għanlitkomplitagħtispintauterġatqajjemaspettimitluftal-KulturaMaltija.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend