“L-istampa mhix sewda biss- nirringrazzja lil dawk l-immigranti li pproteġewna” – il-Kap tal-AWAS – One News

“L-istampa mhix sewda biss- nirringrazzja lil dawk l-immigranti li pproteġewna” – il-Kap tal-AWAS

Mauro Farrugia, il-Kap tal-Aġenzija għall-Ħarsien tal-persuni li qegħdin ifittxu Ażil, l-AWAS ta ħajr lil dawk l-immigranti li l-Ħadd filgħaxija qabżu għalih u għall-ħaddiema sħabu waqt il-protesti li seħħew fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far.

Dan wara li inkwiet kbir li nqala’ fiċ-ċentru wara li wieħed mill-immigranti twaqqaf milli jidħol fiċ-ċentru għax kien fis-sakra.

Farrugia sostna li wħud mill-immigranti qabżu għall-ħaddiema tal-AWAS u tawhom l-għajnuna.

Huwa rringrazzja “lil dawk l-immigranti li pproteġew l-iktar vulnerabbli, u dawk li ma qablux mal-vjolenza u pprovaw jagħmlu li setgħu”. Sostna li l-istampa mhix sewda biss!” saħaq Farrugia.

Huwa żied l-AWAS tista’ terġa’ tibda mill-ġdid għax hija magħmula min-nies li huma determinati.

Intant matul il-jum mistennija ssir laqgħa bejn il-GWU, ir-rappreżentati tal-AWAS u l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex ikunu diskussa aktar dettalji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f’din l-aġenzija fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend