Delia jgħid li s-surplus kien isir taħt gvern Nazzjonalista – One News

Notifiki

Delia jgħid li s-surplus kien isir taħt gvern Nazzjonalista

Wara sagħtejn jikkritika kollox u ma jipproponi xejn, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Minkejja li staqsa bosta drabi fejn hu s-surplus, fil-konferenza tal-aħbarijiet Delia pprova jieħu mertu tal-għaqal li mexa bih dan il-Gvern biex jirreġitra t-tielet surplus konsekuttiv fil-finanzi pubbliċi tiegħu.

Mistoqsi mill-ġurnalisti indipendeti dwar is-surplus ta’ 1.9% li rreġistra l-Gvern matul is-sena li għaddiet, Delia qal li pajjizna ilu jagħmel surplus minn żmien Gvern nazzjonalista.

Dan meta mistoqsi xi pjan għandu sabiex pajjiżna jibqa jirreġistra surplus, jekk xi darba jkun Prim Ministru. Delia wieġeb: “Dan is-surplus, dan it-tkabbir ma ġarax illum. Ma ġarax ilbieraħ, ma ġarax fl-aħħar 6 snin.”

Madankollu kemm ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO u anke dawk tal-EUROStat juru biċ-ċar li pajjiżna beda jirreġistra surplus fil-finanzi tiegħu fl-aħħar 3 snin wara bosta riformi li daħħal Gvern Laburista li bihom wasal għal tkabbir ekonomiku b’saħħtu fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea.

Tant fl-istess jum, l-NSO u l-Eurostat qalu li matul is-sena li għaddiet pajjiżna kellu surplus ta’ €235,600, it-tielet wieħed konsekuttiv u t-tieni l-ogħla surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *