Id-diskors ta’ Adrian Delia kien wieħed negattiv, b’lemħiet xenofobiċi u maqtugħ mir-realtà li qegħdin jgħixu l-familji Maltin u Għawdxin.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel dak kollu li seta’ biex jinjora baġit li ta l-akbar żieda lill-pensjonanti fl-aħħar 40 sena, li żied ġurnata oħra leave u kompla naqqas it-taxxa lill-ħaddiema, u li ħa mizuri bla preċedent dwar il-klima, juri li Adrian Delia jiddejjaq jitkellem dwar dan kollu u jippreferi jibqa’ negattiv bħal ta’ qablu.