Il-Budget għas-sena 2020 juri kif il-Ministeru għal Għawdex se jkollu żieda ta’ l-fuq minn ħdax-il miljun Ewro sabiex jiġu użati għall-proġetti u inizjattivi f’Għawdex u għall-Għawdxin. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri li ġew preżentati fil-Baġit 2020. Il-Ministru Caruana qalet li bil-Baġit b’saħtu li ippreżenta l-Gvern, ser ikompli jintlaħqu l-miri u l-aspettattivi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fejn qed tiġi ppremjata l-bżulija filwaqt li jaħseb fil-persuni vulnerabli tas-soċjetà.
Il-Ministru għal Għawdex innutat kif f’dan il-Baġit, il-Gvern ħares lejn il-gżira Għawdxija b’mod ħollistiku u kien għalekk li issemmew miżuri soċjali, oħrajn li jinċentivaw il-ħolqien tax-xogħol f’Għawdex, miżuri intiżi biex isaħħu u jiddiversifikaw l-attività ekonomika u dik turistika, elenku ta’ proġetti kapitali u infrastrutturali kif ukoll miżuri konkreti biex itaffu l-isfida tal-konnettività. Dan filwaqt li ġew estiżi l-miżuri introdotti s-sena l-oħra, li diġa kienu qed jgħinu lil bosta għawdxin.
Hi fakkret kif proġetti kapitali li ilhom snin jissemmew issa qed jitwettqu hekk kif ħafna progetti qiegħdin fi stadju avvanzat kif ukoll ser jingħata bidu għal oħrajn ġodda ewlenin fosthom it-tisbieħ fiż- żoni turistiċi ta’ Marsalforn u x-Xlendi. Fakret kif f’dan il-Baġit il-vot iddedikat għall-bini mill-ġdid ta’ toroq ra qabża sinjifikanti minn madwar miljun fl-2017 għall-10 miljuni ghad-sena 2020.
Il-Ministru Caruana qalet ukoll kif wara li l-introduzzjoni tar-raba’ vapur kienet success li l-introduzzjoni tar-rabà vapur kienet success issa ser jiskatta l-proċess sabiex jinġieb vapur ġdid li jingħaqad mal-flotta tal-Gozo Channel b’mod permanenti. Dan filwaqt li tiġi introdotta e-ticketing system li se tkompli tnaqqas il-ħin ta’ stennija.