Kristian hu tifel ċkejken u simpatiku li twieled bid-Down Syndrome u li ta’ 14-il xahar, il-ġenituri tiegħu ngħataw l-aħbar li kellu l-lewkimja.
Minkejja li ngħata d-dijanjosi ta’ età daqshekk tenera, iċ-ċkejken Kristian ġġieled din il-battalja kiefra u rebbaħha wara 149 jum, biex issa, 11-il xahar wara, qed jiċċelebra flimkien ma’ missieru l-ħdax-il xahar rebbieħ fuq il-kanċer.
Kien filmat li ttieħed minn missier iċ-ċkejken Kristian li juri lil missieru Kenny Thomas u lilu jiċċelebraw, b’Kristian jiżfen bi tbissima liema bħalha.
Dan il-filmat ma damx milli jiġbed l-attenzjoni hekk kif iċ-ċkejken Kristian seraq il-qlub ta’ eluf ta’ persuni b’għexieren ta’ eluf ta’ persuni raw dan il-filmat u bosta oħra fuq il-profil tal-midja soċjali ta’ Kenny.
Minkejja li kważi għalaq sena li fieq mill-kanċer, Kristian u missieru xorta għadhom jiċċelebraw din ir-rebħa b’żifna flimkien.