Sal-aħħar ta’ Jannar li ġej se nibdew nużaw żewġ flyovers oħra tal-Marsa Junction Project u jitneħħew darba għal dejjem it-traffic lights tal-Addolorata.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li flyover oħra tinfetaħ f’Marzu u l-aħħar waħda, flimkien max-xogħol kollu ta’ dan il-proġett, sal-aħħar tas-sena 2020.
Huwa ta ħajr lill-ħaddiema kollha li qed jistinkaw biex inwettqu dan l-akbar proġett infrastrutturali fit-toroq Maltin.
Sostna li l-Gvern hu kommess jkompli jaħdem u jwettaq dak li ppjanajna għall-poplu Malti u Għawdxi.