Wara nuqqas ta’ sentejn, il-Minisrtu għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li wara diskussjonijiet mal-istakeholders kollha involuti, il-Malta International Airshow, għas-sena 2020 se ssir fis-26 u s-27 ta’ Settembru 2020.
Il-Ministru Mizzi qal li għal darb’oħra dan l-avveniment li jiġbed lejh mijiet ta’ dilettanti tal-avjazzjoni, ser jittella’ mill-Malta Aviation Society.
Huwa qal l-Gvern se jkompli jaħdem mal-istakeholders kollha sabiex jassigura li dan l-avveniment ikun suċċess.