Kisba oħra għat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo.
Dan hekk kif it-tim ikkwalifika għall-finali tal-Kampjonat Ewropew għat-tielet darba wara logħba xejn faċli mal-Portugall fil-Pixxina Nazzjonali.
Wara l-logħba tal-bieraħ bejn Malta u l-Portugall, ir-riżultat wera liema tim se jkun qed jingħaqad fil-finali tal-Kampjonat Ewropew flimkien li se jkunu qed jittella’ f’Budapest fl-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla.
Fi tweet il-Prim Ministru feraħ lit-tim u l-kowċ Karl Izzo għal din il-kisba f’isem pajjiżna.
Beating #Portugal 12-10, #Malta again qualifies for #waterpolo European Championship in Budapest. Well done @karlizzo and @ASAMalta team -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 12, 2019