Tmien immigranti jinżammu arrestati wara li pruvaw jaħarbu miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi – One News

Notifiki

Tmien immigranti jinżammu arrestati wara li pruvaw jaħarbu miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Tmien migranti qed jinżammu arrestati wara li allegatament ħarbu miċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi ġimgħa ilu.

Ħamest irġiel mill-Alġerija, Marokkin, Libjan u Eġizzjan, li l-età tagħhom tvarja bejn il-21 u t-32 sena, kienu arrestati hekk kif qabżu l-barrikati taċ-ċentru.

L-Ispettur Trevor Micallef spjega fil-Qorti li hu u l-kollegi tiegħu ‘ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk’ għaliex numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li kapaċi jkunu stazzjonati postijiet oħra, qed ikollhom jinżammu mat-12-il siegħa ċ-ċentru minħabba episodji bħal dawn.

It-tmint irġiel wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom wara li kien spjegat lilhom li kapaċi jeħlu sa sena ħabs inħabba li ħarbu mill-kustodja imposta fuqhom bil-liġi.

Il-Qorti kienet mitluba biex ma żżommx lura mill-piena jekk eventalment dawn jinstabu ħatja, għaliex fi kliemu, irridu nibatħu l-messaġġ li ‘we mean business’, u li nsolvu l-kwistjonijiet skont kif titlob il-liġi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend