Jisraq il-karta tal-kreditu biex iħallas btala – One News

Notifiki

Jisraq il-karta tal-kreditu biex iħallas btala

Edison Carlos Perez Acosta, inbagħat tmien xhur ħabs wara li ammetta li uża karta tal-kreditu ta’ mara biex iħallas vaganza.

L-akkużat, li huwa minn Lima, l-Peru u jgħix f’post ta’ akkomodazzjoni f’Malta, tressaq il-Qorti l-Ġimgħa akkużat bi frodi.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley spjegat kif ir-raġel ħa ritratti tal-karta tal-kreditu ta’ mara li kienet tgħix miegħu biex qata’ biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni għal btala. Il-ħlas totali laħħaq is-600 ewro.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ikkunsidra li l-akkużat amenta l-akkużi miġjuba kontrih mal-ewwel, u ordna li jintbagħat tmien xhur ħabs. Fl-istess ħin l-akkużat ġie ordnat iħallas lura l-ammont ta’ flus li seraq mingħand il-mara.

Wara li jservi s-sentenza tiegħu, Acosta mistenni jintbagħat lura pajjiżu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend