Id-dħaħen mill-power stations f’Delimara naqsu bi 3.8% fl-2018 – One News

Notifiki

Id-dħaħen mill-power stations f’Delimara naqsu bi 3.8% fl-2018

Il-qalba li pajjiżna għamel għall-gass mill-heavy fuel oil qed tkompli twassal għan-nuqqas ta’ emissjonijiet fl-arja b’ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, id-dħaħen mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku naqsu bi tlieta punt sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.

L-EMISSJONJIET MILL-POWER STATIONS F’MALTA
2018 – TNAQQIS TA’ 3.6%

Iċ-ċifri tal-NSO juru li s-sena li għaddiet il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta żdiedet bi 2.8 fil-mija u qabżet iż-żewġ miljun u ħames mitt elf megawatt kull siegħa, l-ogħla f’kull żmien.

Kważi tmienja u sittin fil-mija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta fl-2018 kienet iġġenerata mill-power stations, segwita bl-importazzjoni tal-elettriku mill-interconnector b’24.5 fil-mija u sebgħa punt tmienja fil-mija li kienet iġġenerata minn sorsi ta’ enerġija nadifa.

IL-ĠENERAZZJONI TAL-ELETTRIKU F’MALTA
POWER STATIONS – 67.7% (+19.2%)
INTERCONNECTOR – 24.5% (-29.6%)
ENERĠIJA NADIFA – 7.8% (+15.4%)

L-NSO li ppubblika l-istatistika miġbura mill-Enemalta juru wkoll li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, l-Enemalta esportat l-elettriku fis-suq Ewropew meta f’Settembru tal-2017 u f’Settembru tal-2018, esportat aktar minn 46 elf mega watt hour ta’ elettriku.

Joħroġ ukoll li matul is-sena li għaddiet kompliet tiżdied il-ġenerazzjon tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nadifa, l-aktar mill-pannelli tax-xemx li żdiedet bi 15.4 fil-mija. Din kienet tfisser ukoll żieda ta’ 165 fil-mija meta mqabbel mal-2014.

L-NSO żied jgħid li l-konsum tal-elettriku jilħaq l-aqwa tiegħu fix-xhur sħan ta’ Lulju u Awwissu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend