Notifiki

Fondazzjoni Ideat tniedi kors fuq id-diplomazija

Id-diplomazija. Il-kelma li toffri pajjiż paċi u stabbilità qalb stati oħra. Hija l-arti ta’ kif perusna tkun kapaċi tikkomunika u tibni relazzjoni li jistgħu jibbenefikaw minnha l-pajjiżi involuti. 

Fondazzjoni Ideat, entità fi ħdan il-Partit Laburista, nieda kors fuq studji diplomatiċi bil-għan li jgħarraf lin-nies bl-importanza tad-diplomazija.

Ic-Chairperson tal-Fondazzjoni Dominic Grech stqarr li dan il-kors mifrux fuq 11-il sessjoni ġibed kważi 30 ruħ li ser ikollhom iċ-ċans jitgħallmu fuq dan is-suġġett minn diversi persuni fosthom ambaxxaturi.

Is-Sur Grech qal li dan huwa “Kors illi fil-passat fi ħdan il-Partit Laburista kien isir però mbagħad issa għal dan l-aħħar snin propju ma kienx qed isir dan it-tip ta’ kors li jipprovdi informazzjoni dwar id-diplomazija. Aħna fiduċjużi wkoll li mill-konkorrenza pożittiva ħafna li kellna matul dan l-aħħar ġimgħat li se tkun esperjenza sabiħa ħafna b’numru b’saħħtu ta’ parteċipanti li ser ikunu qegħdin jipaprteċipaw f’dan il-kors.” 

Preżenti għall-ewwel lekċer ta’ dan il-kors kien hemm il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef li aċċenna dwar l-importanza tal-ħsieb.

Dan filwaqt li tkellem dwar kif pajjiżna rnexxielu jsaħħaħ ir-relazzjonijiet internazzjonali, stabbilixxa diversi oħrajn u bbilanċjahom b’tali mod li għandna relazzjoni tajba u b’saħħitha ma’ kulħadd.

B’permezz ta’ filmat, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, sellem lil dawk preżenti u stqarr li d-diplomazija toffri karriera u opportunità filwaqt li ddeskriviha bħala l-arti li tassigura l-paċi u l-istabbilità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend