Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, il-ħaddiema b’impjieg full-time u part-time kienu jgħoddu kważi mitejn u sitta u erbgħin elf li kienet tfisser ukoll żieda ta’ madwar sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li matul is-sena li għaddiet, il-ħaddiema f’Malta b’impjieg full-time żdiedu b’sitta punt sitta fil-mija u qabżu l-mija u sitta u disgħin elf meta mqabbel mal-2017.
Miċ-ċifri joħroġ ukoll li kważi tmenin fil-mija tal-impjiegi kienu fis-settur privat waqt li 22 fil-mija kienu fis-settur pubbliku.
L-istatistika tagħti stampa tas-sitwazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fejn matul l-2018, l-għadd ta’ ħaddiema full-time kienu jammontaw għal 14,279, żieda ta’ 7.5 fil-mija meta mqabbel mal-2017.
Aktar minn sittin fil-mija kienu jaħdmu mal-privat.
Biex kważi ż-żieda fl-impjiegi f’Għawdex kienet kollha kemm hi mal-privat. Fil-fatt fl-aħħar sitt snin, is-settur privat f’Għawdex żdied b’aktar minn elfejn u mitejn impjieg full-time.
Dan ifisser li kull ġimgħa fl-aħħar sitt snin, kien hemm żieda ta’ madwar 13-il persuna taħdem; li hija aktar mid-doppju taż-żieda li kienet irreġistrata fil-leġislatura ta’ qabel.