KONFERMA: Ma kien hemm ebda żieda fis-salarji tal-membri tal-kabinett – il-Kummissarju għall-Istandards – One News

Notifiki

KONFERMA: Ma kien hemm ebda żieda fis-salarji tal-membri tal-kabinett – il-Kummissarju għall-Istandards

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika Dr George Hyzler kkonkluda li ma kien hemm l-ebda żieda fis-salarji tal-membri tal-Kabinett. 

Il-każ ġie investgat minn Dr Hyzler wara ilment li tressaq mill-Professur Arnold Cassola wara dak li ġie allegat minn Shift News u mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Fil-konsiderazzjonijiet tiegħu, il-Kummissarju ddikjara li l-allegazzjoni li s-salarji tas-Segretarji Parlamentari rdoppja kif ġie implikat fl-artiklu u kif ikkonkluda d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi huwa assolutament bla bażi.

Huwa żied jinnota li l-allegazzjoni ħadet xejra aktar drammatika meta Jason Azzopardi allega li rdoppja s-salarju tas-Segretarji Parlamentari.

Il-Kummissarju għall-Istandards nnota wkoll li l-unika ċaqlieq li kien hemm kien sforz ftehim kollettiv għall-ħaddiema kollha tas-servizz pubbliku hekk kif is-salarji tal-membri tal-kabinett jinħadmu fuq dawk tas-servizz pubbliku.

Fuq dan il-punt, il-Kummissarju Hyzler jgħid li dan iċ-ċaqliq ma jistax jitqies sostanzjali meta wieeħed iqis li kien mifrux fuq medda ta’ sitt snin.

Huwa ġibed l-attenzjoni li fi stqarrija li ħareġ il-Gvern kellu jispjega aktar dan il-punt.

Ir-rapport jikkonferma b’mod ċar li ma kien hemm l-ebda żieda fis-salarji tal-membri tal-Kabinett u s-sit Shift News ma tawx kas tal-fatt li ż-żewġ Segretarji Parlamentari li ssemmew fl-istorja kienu ħadu l-kariga f’nofs l-2017 u għalhekk is-salarju tagħhom għal dik is-sena huwa bejn wieħed u ieħor nofs is-salarju għas-sena 2018.

Saħansitra huwa żied jgħid li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari qegħdin jirċievu duty allowance li hija ferm inqas minn dik li kellhom il-predeċessuri tagħhom.

Kemm-il darba ma kien hemm l-ebda żieda u s-salajri tal-membri tal-Kabinett kienet l-istess bħalma kienet tingħata qabel l-2013, ma kien hemm l-ebda każ li b’xi mod il-Gvern ħeba xi żieda għax żieda ma kienx hemm.

Fil-fatt il-Kummissarju Hyzler jinnota li, “għalhekk fl-opinjoni tiegħi f’dan il-każ ma jirrizulta ebda nuqqas ta’ osservanza tar-regoli u tal-prinċipji tal-etika”.

Fir-rapport tiegħu l-Kummissarju Hyzler jinnota li ladarba ma kien hemm l-ebda żieda fis-salarji kif qal il-Gvern stess fi stqarrija u kif spjega s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar f’konferenza tal-aħbarijiet, l-aħħar żieda li kien hemm kienet dik fl-onorarja li ta lilu nnifsu l-aħħar kabinett tal-Amministrazzjoni l-oħra.

ARA: Ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards Commissioner-for-Standards-case-report-K011

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend