Ingħata sentenza sospiża għaliex kellu ponn tal-ħadid – One News

Notifiki

Ingħata sentenza sospiża għaliex kellu ponn tal-ħadid

Raġel mill-Bangladesh ta’ 34 sena weħel tliet xhur ħabs sospiżi għal sena wara li fl-ajruport instab li kien fil-pussess ta’ ponn tal-ħadid. 
Ahmed Foyez kien akkużat li prova jdaħħal arma mhux permessa skont il-liġi tal-armi.

L-avukat tal-akkużat qal li l-klijent tiegħu ma kienx jaf li kien qed iġorr dik it-tip ta’ arma u argumenta li l-imputat ma kienx qed iġorr xi arma tan-nar jew sikkina li ddeskrivihom ferm iktar perikolużi mill-ponn tal-ħadid.

Il-Maġistrat Doreen Clarke wissiet lill-imputat biex ma jwettaqx reat ieħor anki f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea waqt il-perjodu tas-sospensjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend