Test fuq armi nukleari ġodda – One News

Notifiki

Test fuq armi nukleari ġodda

Il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat li ħadmet missila nukleari ġodda b’aktar reqqa minn testijiet li saru minn Mejju s’issa. Il-missila li ntużat fl-aħħar ħin mill-pajjiż kienet il-ħdax il-test nukleari ta’ din is-sena. Din tmexxiet minn sottomarin li dak il-ħin kien ftit ‘il barra mill-kosta Koreana.
Jidher li din taret għal aktar minn 400 kilometru qabel ma eventwalment waqgħet fil-baħar. Hija laħqet ukoll għoli ta’ 900 kilometru.

Dan it-test nukleari sar sigħat biss wara li l-Korea ta’ Fuq qalet li se tkompli tiddiskuti dan is-settur mal-Istati Uniti.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend