Restrizzjoni ta’ ħin f’Baghdad minħabba vjolenza fit-toroq – One News

Notifiki

Restrizzjoni ta’ ħin f’Baghdad minħabba vjolenza fit-toroq

Minn tal-anqas tlettax-il persuna nqatlu minn nhar it-Tlieta ‘l hawn waqt protesti f’Baghdad u bliet oħra fl-Iraq, li qed isiru kontra n-nuqqas ta’ xogħol u servizzi fil-pajjiż fost l-oħrajn. L-aħħar rapporti qed jgħidu li l-Forzi tas-Sigurtà sparaw xi tiri minn armi tan-nar fuq grupp ta’ persuni li allegatament ma rrispettawx restrizzjoni ta’ ħin li ġiet imposta f’Baghdad minħabba d-dimostrazzjonijiet vjolenti fit-toroq. 

Dawn qed ikun deskritti bħala l-akbar protesti minn meta Adel Abdul Mahdi nħatar Prim Ministru tal-Iraq sena ilu.

In-Nazzjonijiet Magħquda wrew tħassib serju għall-mod ta’ kif qed tiżvolġi s-sitwazzjoni fil-pajjiż, u ħeġġu lill-awtoritajiet jikkontrollawhom.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend