Notifiki

Karol Aquilina jattakka lil Dalli waqt is-smigħ

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina attakka lil Helena Dalli waqt li kienet għaddejja bis-sessjoni tagħha quddiem il-Membri tal-Parlament Ewropew. Saħansitra għajjarha ‘crook’. 

Aquilina għamel dan fl-iktar mument importanti għal Dalli. F’ħin li kien ukoll deċiżiv għan-nomina tagħha.

Fuq Twitter Karol Aquilina kiteb li kulħadd jaf x’għamlet Helena Dalli u fetaħ attakk fuqha. Filwaqt li semma lill-Prim Ministru, il-Ministru għat-Turiżmu u ċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Karol Aquilina qal li dawn flimkien ma’ Helena Dalli huma lkoll crooksalike.

Dan l-attakk ta’ Aquilina seħħ minkejja l-wegħda ta’ Adrian Delia li l-Partit Nazzjonalista kien qiegħed jappoġġja n-nomina ta’ Helena Dalli. U iktar minn hekk Karol Aquilina ħa ħsieb li kemm jista’ jkun il-messaġġ tiegħu jinfirex.

Għalhekk għamel referenza għal David Casa u Roberta Metsola, iż-żewġ membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista.

Bl-iskop ikun li dak li kiteb jinfirex fost il-Membri tal-Parlament Ewropew bil-ħsieb tiegħu jkun li jipprova jimmina n-nomina tagħha minkejja l-wirja tajba immens li tat quddiem id-deputati tal-Parlament Ewropew.

Karol Aquilina huwa membru fil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u David Casa. Fazzjoni li ħafna drabi ġġib ruħha min kif oriġinarjament ikun indika li għandu jġib ruħu bih il-Partit Nazzjonalista, il-Kap Adrian Delia.

Għalkemm li jiġri ħafna drabi u li Adrian Delia jċedi għall-pressjoni ta’ dawn id-deputati u membri oħra ta’ din il-fazzjoni u jew jispiċċa jagħmel bħalhom jew inkella jibqa’ ċass quddiemhom anke jekk ma jaqbilx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend