Tlett irġiel ma jingħatawx ħelsien mill-arrest fuq pussess ta’ droga – One News

Notifiki

Tlett irġiel ma jingħatawx ħelsien mill-arrest fuq pussess ta’ droga

Tlett irġiel mill-Gambja ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara wieġbu mhux ħatja li kienu qed iġorru fuqhom droga f’boroż lesti biex jiġu ttraffikati f’San Ġiljan it-Tlieta li għadda. Ebrima Sonko ta’ 24 sena li joqgħod Raħal Ġdid ma talabx għall-ħelsien u kien mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis kif ukoll tal-kokaina f’sitwazzjoni li tindika li d-droga ma kinitx għal użu personali.

Juldeh Baldeh u Dawda Ceesa li għandhom 20 sena u joqogħdu tas-Sliema u Ħal Qormi rispettivament wieġbu mhux ħatja li kienu fil-pussess u ttraffikaw droga kannabis.

Ir-reati tat-tliet irġiel qegħdin jitqiesu bħala aggravati minħabba li kienu 100 metru ‘l bogħod minn post li jiġi ffrekwentat miż-żgħażagħ.

Baldeh u Ceesa talbu għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Stafrace Zammit ċaħdet din it-talba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend