BIL-FILMAT: Żewġ sewwieqa jiġu fl-idejn u jispiċċaw jagħtu bil-lembubi f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żewġ sewwieqa jiġu fl-idejn u jispiċċaw jagħtu bil-lembubi f’Ħal Qormi

Ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Qormi waslet għal argument jaħraq bejn iż-żewġ sewwieq.
One.com.mt jinsab informat li l-argument inqala’ ftit waranofsinhar meta x-xufiera allegatament naqsu milli jċedu lil xulxin.

Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt f’ħin bla waqt, iż-żewġ xufiera waqqfu l-karozzi f’nofs ta’ triq u ħarġu għal xulxin. Wieħed minnhom deher ħiereġ għall-ieħor b’lembumba tant li wieħed minnhom spiċċa midrub. Fil-fatt huwa deher bid-demm ma’ dahru.

Fuq il-post marru bosta taqsimiet tal-pulizija li ferrqu liż-żewġ xufiera. Marru wkoll żewġ ambulanzi biex jassistu lill-midrub.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend