Min jaħdem fl-edukazzjoni jaf li Delia m’għandux raġun   – One News

Min jaħdem fl-edukazzjoni jaf li Delia m’għandux raġun  

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li tassew ironiku li biex jgħid li l-Gvern ma jinvestix fl-edukazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni mar quddiem investiment milunarju li hu wieħed minn diversi investimenti fi skejjel ġodda li saru f’dawn l-aħħar snin. 

Għalkemm importanti, l-investiment fi skejjel ġodda hu biss wieħed minn sensiela.

Fl-edukazzjoni qed isir investiment mingħajr preċedent fosthom il-ftehim kollettiv ġdid għall-għalliema, inġaġġ ta’ iktar riżors uman, tablets għall-istudenti, suġġetti vokazzjonali ġodda b’workshops għalihom li laħqu investiment ta’ għaxar miljun ewro, faċilitajiet teknoloġiċi ġodda għall-għalliema u manutenzjoni fi skejjel diversi li tlaħħaq il-miljuni ta’ ewro. Ħafna minn dan hu parti minn nefqa rikorrenti li Adrian Delia lmenta li żdiedet fl-aħħar jiem, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend