Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li sawwat lit-tfajla tiegħu quddiem il-Pulizija fin-Naxxar – One News

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li sawwat lit-tfajla tiegħu quddiem il-Pulizija fin-Naxxar

Raġel ta’ 36 sena minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat li sawwat lit-tfajla tiegħu fl-għassa tal-Pulizija tan-Naxxar. 

Ir-raġel deher quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u kien akkużat li attakka lit-tfajla tiegħu, kiser il-paċi pubblika, insulentaha u heddidha. Huwa kien akkużat ukoll li attakka, insulenta u hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija bil-għan li jinfluwenzahom u li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija.

Il-Qorti poġġiet divjet fuq  l-ismijiet sabiex tipproteġi lill-vittma. Il-każ seħħ il-Ħadd meta l-imputat segwa lill-vittma sal-għassa tan-Naxxar biex tirrappurtah. Hu segwiha u kompla jsawwatha fl-għassa fejn kellhom jinterbjenu l-Pulizija biex iwaqqfuh.

Huwa wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni li tmexxiet mill-ispetturi Eman Hayman u Clayton Camilleri oġġezzjonaw għall-ħelsien mill-arrest għaliex  qalu li l-akkużat mhuwiex ta’ min jafdah.

L-ispettur xehed li l-mara daħlet fl-għassa mimlija bid-demm. Hu hedded li ħa jpattiha lil min jieħu passi kontrih.

L-avukat Franco Debono deher għal akkużat għal li hu stenna li l-Prosekuzzjoni tgħid li l-akkużat kellu xi ġerħa f’idejh minħabba xi ħġieġ imkisser u li l-mara pruvat tħabbtu bil-karozza wara li ħatfitlu l-isteering fil-Coast Road.

Il-Prosekuzzjoni stqarret li l-ewwel ħaġa li għamel fl-għassa kien l-attakka lill-mara. L-imputat saħqet lill-imputat saq minn Naxxar sa Bormla u kellu ċans biex jaħseb l-arrarijiet sew iżda minflok iggrava l-affarijiet.

Il-Qorti ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta’ €6,000 u garanzija personali ta’ €8,000. Hu ġie orndat biex jobdi l-ordnijiet tal-ħelsien mill-arrest u jmur jiffima kuljum.

Għal akkużat deher ukoll l-avukat Amadeus Cachia.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend