Kilometru ta’ nies biex isellmu lil Jacques Chirac – One News

Notifiki

Kilometru ta’ nies biex isellmu lil Jacques Chirac

Eluf inġabru fil-kapitali Franċiża Pariġi biex jaraw it-tebut tal-eks President Franċiż Jacques Chirac, hekk kif Franza qed tosserva jum ta’ luttu nazzjonali. 

F’ħinijiet, il-kju barra l-kumpless Invalides fejn jinsab it-tebut, kien ilaħħaq il-kilometru ta’ nies, minkejja x-xita u t-temp ikrah.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron u t-tliet predeċessuri tiegħu mistennija jattendu l-funeral ta’ Chirac, li miet il-ġimgħa l-oħra fl-età ta’ 86 sena.

Huwa kien serva żewġ termini bħala President, u tnejn oħra fil-kariga ta’ Prim Ministru.

Il-Ministru Evarist Bartolo se jkun qed jirrapreżenta lill-Gvern Malti u se jingħaqad ma’ Kapijiet ta’ Stati oħra u jattendi għall-funeral ta’ Chirac li se jsir fil-Knisja ta’ Saint-Sulpice f’Pariġi.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend