Jammetti li attakka lill-Pulizija meta tfajla tiegħu kienet suspettata li serqitlu €80,000

Kamal Abdallah ingħata sentenza sospiża wara li darab ħafif Kuntistabbli tal-Pulizija, meta t-tfajla tiegħu kienet issuspettata li serqitlu €80,000. 

Abdallah kien akkużat ukoll li waqaf lill-uffiċjali tal-Pulizija milli jaqdu l-qadi ta’ dmirijiethom u li attakka tliet uffiċjali tal-Pulizija.

Waqt li kienu qed jinvestigaw fid-dar tiegħu, instab li kellu fil-pussess tiegħu reżina tal-kannabis u għalhekk ġiek akkużat li kellu fil-pussess tiegħu droga illegali.

Huwa kien akkużat ukoll li kiser l-ordni tal-probation li ngħatatlu f’Jannar.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia li ppresediet is-seduta semgħet s-sottomissjonijiet tal-avukat tad-difiża Jason Grima b’mod privat.

Abdallah ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Huwa ngħata multa ta’ €800 u sentenza ta’ 6 xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend