BIL-FILMAT: Pumpier jipproponi lill-“pilastru” ta’ ħajtu biex tiżżewġu fl-istazzjon ta’ Ħal Far – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Pumpier jipproponi lill-“pilastru” ta’ ħajtu biex tiżżewġu fl-istazzjon ta’ Ħal Far

Xena ta’ mħabba dalgħodu fi tmiem ċerimonja li matulha 129 rekluta ssieħbu bħala pumpiera fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, Ryan Church deher jintasab quddiem il-mikrofonu u sejjaħ lit-tfajla tiegħu Tiziana biex tersaq lejh li dak il-ħin kellha lil binhom fi ħdanha. 

“Tiziana, int il-pilastru li dejjem sibt warajja u li miegħi qiegħda tiċċelebra din il-ġurnata tant importanti għalija”, qal Ryan b’leħen miksur.
“Tiziana taf kemm kienet importanti din il-ġurnata wara sena importanti kemm għalija u kemm għaż-żgħir”, kompla Ryan.

Kien hawn li l-pumpier deher jinżel għarkupptejh u biċ-ċrieket f’idejh, staqsa lill-pilastru ta’ ħajtu biex tiżżewwġu.

Ma setax jonqos li Tiziana, bi dmugħ nieżel ma’ ħaddejha tgħidlu iva b’rasha bil-koppja jagħtu bewsa lil xulxin bħala sinjal ta’ mħabba lil xulxin.

Ġest li ntlaqa’ wkoll b’ċapċipa sabiħa mir-rekluti l-ġodda u l-qraba tagħhom li kien lkoll preżenti għal dan il-jum tant importanti f’ħajjithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *