10% ta’ kull ikla li se jisserva f’Palazzo Parisio matul Ottubru se jmorru għall-kampanja ‘Pink October 2019’ – One News

Notifiki

10% ta’ kull ikla li se jisserva f’Palazzo Parisio matul Ottubru se jmorru għall-kampanja ‘Pink October 2019’

Palazzo Parisio ħabbar li se jkun qed jagħmel donazzjoni ta’ 10% ma’ kull ikla li se jixtru l-klijienti matul ix-xahar t’Ottubru. Dan sabiex jikkontribwixxi għall-kampanja Pink October. Barra minn hekk, ix-chefs ta’ Palazzo Parisio se jkunu qegħdin iservu deżerta magħmula mir-raspberry

Il-kampanja ta’ Pink October 2019 qiegħda mmirata biex tiġbor fondi minn sponsors u donazzjonijiet privati matul Otturbru sabiex tiżdied il-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, kif ukoll prevenzjoni, riċerka u għodda sabiex sabiex titjieb il-kwalità ta’ ħajja ta’ pazjenti tal-kanċer.

Għal aktar informazzjoni dwar l-avveniment ta’ Pink October u kif wieħed jista’ jagħti d-donazzjonijiet, wieħed jista’ jżur is-sit www.marigold.org.mt/pink  jew il-paġna ta’ Facebook, Pink October Malta ww.facebook.com/pinkoctobermalta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend