Żewġ persuni jmutu f’inċident f’park tad-divertiment – One News

Notifiki

Żewġ persuni jmutu f’inċident f’park tad-divertiment

Minn tal-inqas żewġ persuni mietu filwaqt li tnejn oħra indarbu f’inċident li seħħ f’park tad-divertiment, La Fiera Chapultepec, li jinsab fil-Belt kapitali tal-Messiku. Xhieda fuq il-post qalu li l-vittmi waqgħu minn fuq rollercoaster hekk kif il-kabina li kienu fiha ma baqgħetx fuq il-linji li timxi fuqhom, bil-konsegwenza li waqgħet mill-istruttura tar-rollercoaster.

Il-park li jattira diversi nies lejh ingħalaq immedjatament wara l-inċident u bħalissa l-awtoritajiet Messikani qed jinvestigaw il-kawża ta’ dan l-inċident.

Uffiċjal tal-protezzjoni ċivili Messikana qalet li l-investigazzjonijiet se jkunu qed jidentifikaw x’ġara u min kien responsabbli.

Persuna li kienet fuq il-post waqt il-ħin tal-inċident qalet illi kollox kien jidher normali sakem rat il-kabina taqa’.

Intant, kelliem għall-park qal li huma qed jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom u se jkunu qed jippublikaw id-dettalji għal dak li ġara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend