Notifiki

Raġel ta’ 40 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Mellieħa

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-3:15 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li persuna mhux magħrufa li kienet qed issuq vettura tal-għamla Toyota Liteace kienet laqtet raġel Ingliż ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.

Il-vettura baqgħet tinstaq u ħabtet ġo tliet vetturi, Fiat, Hyundai u Suzuki li kienu pparkjati fl-istess triq, filwaqt li x-xufier abbanduna l-karozza u telaq minn fuq l-post tal-inċident.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz t’ambulanza, r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend