Tmient elef persuna attendew għar-Rockestra li saret is-sibt filgħaxija fl-MFCC Ta’ Qali.
Spettaklu ta’ dawl b’taħtlita ta’ mużika rock u mużika orkestrali, mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-ħdax-il edizzjoni tar-Rockestra reġgħet kienet suċċess.
Id-direttur Artistiku Pawlu Borg Bonaci u d-direttur mużikali Sigmund Mifsud, reġgħu ħolqu spettaklu uniku ta’ muzika rock, li qajjem lill-udjenza prezenti.
F’Rockestra ipparteċipaw sbatax-il kantant u zewġ kantanti barranin.
Din kienet l-ewwel Rockestra taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella. Sodisfatt b’dak li segwa s-sibt filgħaxija huwa irringrazzja lill-pubblika li attenda għal dan l-ispettaklu, bil-flus miġbura ser imorru għall-Malta Community Chest Fund.