In-Negozjati dwar Brexit resqin lejn il-mument tal-verità – One News

In-Negozjati dwar Brexit resqin lejn il-mument tal-verità

Stephan Barclay, is-Segretarju għall-Istat tar-Renju Unit dwar Brexit qal li t-taħdidiet dwar Brexit resqin lejn il-mument tal-verità. 

Dan wara taħdidiet u negozjati man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier.

Filfatt Barnier qal lil Barclay li ftehim bilfors irid jinkludi soluzzjoni sabiex tiġi evitata ż-żamma iebsa tal-fruntiera mal-Irlanda.

Ir-Renju Unit mistenni jħalli l-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru madankollu l-Membri Parlamentari għaddew liġi li tobbliga l-Prim Ministru Boris Johnson jitlob għal estensjoni oħra jekk il-ftehim ma jgħaddix mill-Parlament.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend