Aktar minn 15-il trakk ta’ materjal ta’ kostruzzjoni jitneħħa mill-Imġarr – One News

Notifiki

Aktar minn 15-il trakk ta’ materjal ta’ kostruzzjoni jitneħħa mill-Imġarr

Il-Ġimgħa tlesta x-xogħol li nbeda l-Ħamis minn Ambjent Malta u WasteServ bill-kollaborazzjoni tal-Malta Developers Association fejn fi ftit sigħat tneħħew ’il fuq min 15 il-trakk ta’ ġebel, bricks, terrapien u materjal ieħor. Dan ix-xogħol ta’ tindif sar wara b’mod abbużiv fl-aħħar ġranet intefa materjal fil-Wied tal-Imselliet fl-Imġarr. 

Issa li tlesta dan ix-xogħol, il-ħaddiema ser ikomplu b’tindif ġewwa żona oħra fin-Naxxar fejn ammont konsiderevoli ta’ materjal ġie mormi f’dan is-sit. Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima jtenni l-importanza li l-poplu japprezza aktar il-valur ta’ dawn il-widien u spazji naturali.

Iż-żoni fejn qed jintrema ħafna minn dan il-materjal b’mod abbużiv ikunu mwarrba u mhux daqstant frekwentati. Il-Ministeru qiegħed iħeġġeġ il-pubbliku sabiex jgħaddi kull informazzjoni dwar rimi b’mod abbużiv lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. L-ERA ser tkompli tinvestiga dan il-każ biex jiġi stabbilit min wettaq dan l-isfreġju. Kull informazzjoni għandha tingħata b’mod immedjat lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi permezz tal-email fuq l-indirizz, info@era.org.mt, jew iċemplu fuq 22923500.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend