Is-sitwazzjoni fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi hija taħt kontroll. Dan wara li fl-aħħar ħin ġie rrapportat li grupp ta’ immigranti ħadu l-kontroll taċ-ċentru ta’ detenzjoni.
Sorsi fuq il-post qalu li dawk li ħadu sehem fil-protesta saret tfittxija fuqhom u fejn jorqdu għal kull oġġett illeċtu li seta’ kellhom fuqhom.
L-istess sorsi kkonfermaw li fil-protesti saret ħsara fiċ-ċentru iżda f’kull ħin ma kienx hemm possibilità li dawn setgħu jaħarbu.
Intant il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ta ħajr lill-ħaddiema taċ-ċentri ta’ detenzjoni, pulizija, Armata u tas-Servizzi tal-Emerġenza għall-mod kordinat kif mexxew.