Pożittiv li l-kubrit fl-arja qed jinżel minn sena għal sena- Professur tal-Kimika – One News

Notifiki

Pożittiv li l-kubrit fl-arja qed jinżel minn sena għal sena- Professur tal-Kimika

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta Emmanuel Sinagra fisser bħala pożittiv it-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-kubrit fl-arja minn sena għal sena. 

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kemistrija, il-Professur Sinagra qal li dan meta mistoqsi minn ONE NEWS dwar l-aħħar statistika ppubblikata mill-Eurostat li wriet li fl-aħħar sitt snin, kważi naqas għalkollox il-kubrit li kien joħroġ miċ-ċmieni tal-power stations tal-Marsa u ta’ Delimara meta kien jinħaraq il-heavy fuel oil li huwa fost l-agħar xorta ta’ fjuwils.

Il-Professur Singara stqarr li  “Dawn  meta jinħarqu bħalma l-carbon isir carbon dioxide, is-sulphur, il-kubrit isir sulphur dixoide”.

Il-Professur Sinagra spjega li l-kubrit, jew kif inhu magħruf aħjar bħala bl-Ingliż Sulfur, jaffettwa s-sistema respiratorja tal-bniedem, b’mod partikolari l-funzjoni tal-pulmun.

Singara sostna li “Bħala gass is-sulphur dioxide jaffettawa bosta affarjiet. lilna pereżempju jaffettwalna l-pulmun għax inkunu qed nieħdu arja li fiha l-aċtu. jaffettwa anke l-għajnejn kif ukoll il-ġilda”.

Il-Professur Sinagra żied jgħid li dan jagħmel ħsara wkoll lill-veġetazzjoni.

“Bħalissa f’Malta u qisha qed tonqos ir-rata li nitfgħu jew għallinqas il-konċentrament tas-sulphur dioxide fl-arja qed tonqos u fil-fatt hija b’mod ta’ average annwali hija inqas baxxa mill-ammont jew konċentrazzjoni li tagħmel dannu lill-ħaxix”, tenna l-Professur Singara.

Huwa qal li din is-sitwazzjoni ma kinitx dejjem hekk u kien mill-2004 ’l hawn li bdejna naraw tnaqqis kbir madwar Malta.

Singara qal li “Kien hemm żminijiet fejn il-power station tal-marsa kien sors kbir,għax il-fuel kellu ħafna kubrit fih”.

Madankollu huwa nnota li l-vapuri li jgħaddu mill-kanal bejn Malta u Sqallija jista’ jaffettwana wkoll minħabba l-użu tal-heavy fuel oil. Qal li għalkemm l-Unjoni Ewropea ma tħallix fil-portijiet tagħha vapuri li jaħdmu b’żejt li jkollu livell għoli ta’ kubrit, min-naħa l-oħra vapuri li jitilqu mill-Brażil jistgħu jidħlu fl-ibħra Maltin.

Il-Professur tal-Kimika sostna li aktar ma nnaqqsu minn dawn l-emissjonijiet fl-arja, iktar aħjar għall-bniedem.

“Bħalissa konċentrazzjoni tal-sd fl-arja hija pjuttost baxxa però qed tinżel minn sena għal sena u dik hija xi ħaġa poizzittva”, temm jgħid il-Professur Singara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend