ARA: Ix-Xjenza lura fil-Belt – One News

Notifiki

ARA: Ix-Xjenza lura fil-Belt

Mill-Ġimgħa 27 ta’ Settembru se jsir il-festival tax-xjenza fil-Belt Valletta bħala parti mil-Lejl tar-riċerkaturi Ewropej. Dan il-festival  ta’ xjenza u art. 

L-attivitajiet se jsiru f’diversi bnadi fosthom fi Pjazza San Ġorġ, id-daħla tal-Belt, Pjazza Teatru Rjal u Pjazza Tritoni, Pjazza De Valette kif ukoll Pjazza Kastilja.

Il-festival se jinvolvi aktar minn ħamsin artist, 100 riċerkatur, aktar minn 500 voluntier kif ukoll numru ta’ organizzazzjonijiet tal-istudenti universitarji, u NGOs.

Bit-tema The Science of You, il-programm ta’ din is-sena se jinkludi wirjiet mużikali u teatrali, żfin u spettakli tax-xjenza fost l-oħrajn. Mil-laqta xjentifika, dawk preżenti se jkunu jistgħu jipparteċipaw direttament f’numru ta’ esperimenti, kif ukoll f’attivitajiet oħra mhux tas-soltu.

Fost dawn l-assoċċjazzjonijiet li se jieħdu sehem f’ dan il-festival hija l-assoċċjazzjoni ġdida tal-istudenti tal-Bijokimika Medika.

Din se twassal tagħrif dwar batterji, vaċċini u l-użu mediku tal-mariwana.

ONE News iltaqa’ ma’dawn l-istudenti biex flimkien nistqsu lil dawk li kienu fit-toroq tal-Belt jekk xi darba reċerkaturi tal-mediċina jistgħux joħolqu dinosawru.

Nies li ltqajna magħhom qalulna:

“Naħseb

Nimmaġina bin-nies intelliġenti li għanda Malta, no appart from that ma naħsibx ta”

“Ma naħsibx ta, ma naħsibx li daqshekk ta, però jiċċekjaw navanzaw qegħdin fil-mediċina naħseb  hija ftit esaġerazzjoni li qed issiru bħal dan”.

“Jistgħu hux jekk japplikaw il-methodi li hemm bżonn biex joħolqu xi ħaġa mekanika biex joħolqu dinosawru ta dan l-għamla”.

Science in the City se jibda’ nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru fis-6 ta’ filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend