Ħames nisa Franċiżi jitressqu l-Qorti mixlija li ppruvaw jisplodu n-Notre-Dame – One News

Notifiki

Ħames nisa Franċiżi jitressqu l-Qorti mixlija li ppruvaw jisplodu n-Notre-Dame

Ħames nisa Franċiżi li għandhom bejn 22, u 42 sena, dehru quddiem il-Qorti f’Pariġi, akkużati li ppruvaw jisplodu karozza b’bomba quddiem il-Katidral tan-Notre-Dame lura f’Settembru tal-2016. 

Il-Prosekuzzjoni fakkret li fil-vettura kien hemm sitt kannestri tal-gass mimlijin bid-dijsil.

Waħda min-nisa qed tiġi akkużata li tat daqqa ta’ sikkina lil uffiċjal tal-Pulizija fi spalltu.

Id-difiża argumentat li n-nisa kienu affettwati minn affarijiet li raw onlajn.

Il-ħames nisa Musulmani qed jiġu akkużati b’atti ta’ terroriżmu; b’erbgħa minnhom qed jaffaċċjaw possibilità li jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend