Raġel qed isoffri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq ħajt f’San Pawl il-Baħar

Ingliż ta’ 62 sena qed isoffri minn ġrieħi gravi wara li allegatament waqa’ minn fuq ħajt fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u għoxrin ta’ dalgħodu, fejn ir-raġel allegatament waqa’ minn fuq ħajt ta’ ftit inqas minn sular.

L-Ingliż ittieħed l-isptar Mater Dei filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend