Malta b’kariga ta’ Viċi President fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, wara nuqqas ta’ 18-il sena

Permezz tal-Ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, Malta qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda li qed tittegħla bħalissa fl-Istati Uniti. Dan hekk kif wara elezzjoni ta’ suċċess f’Ġunju li għadda, Malta qed isservi bħala Viċi-President tal-Assemblea Ġenerali, u rritornat għall-pożizzjoni wara nuqqas ta’ 18-il sena, l-itwal minn meta l-pajjiż ingħaqad man-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal li “bħala sostenitur qawwi tal-multilateraliżmu, Malta tħares ‘il quddiem biex tuża l-kariga tagħha bħala Viċi President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda biex tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali u tiżviluppa relazzjonijiet ta’ ħbiberija fost in-nazzjonijiet, u tinkiseb kooperazzjoni internazzjonali”.

Għall-74 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda li qed tittella bħalissa fi New York, qegħdin jattendu l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u l-Whip tal-Gvern Byron Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend