Madwar 600,000 turist minn madwar id-dinja baqgħu l-art inkluż f’Malta wara li l-aġenzija tal-ivvjaġġar Thomas Cook iddikjarat falliment.
Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalet li titjira ta’ Thomas Cook għal Malta kellha tiġi kkanċellata iżda ġiet skedata titjira oħra biex tgħabbi lil l-passiġġieri li tħallew lampa stampa f’Malta. Fl-istess waqt għaddejjin arranġamenti biex jiġu skedati tliet titjiriet oħra li l-aġenzija kellha tagħmel lejn Malta.
Il-falliment tal-kumpanija wassal għall-ikbar operazzjoni ta’ ripatrijazzjoni ta’ għexieren ta’ eluf passiġġieri lejn ir-Renju Unit sa mit-Tieni Gwerra Dinjija.
L-operatur li kien ilu fis-suq għal mija u tmienja u sebgħin sena kien mifni b’kompetizzjoni kbira online u ddikjara falliment kawża tal-inċertezza li ġabet magħha Brexit.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż Domnic Rabb qal li ħadd mhu se jitħalla maqbud barra l-pajjiż.
Il-falliment ta’ Thomos Cook, li l-azzjonista ewlieni tiegħu huwa l-Grupp Ċiniż Fosun Tourism se jwassal biex jintilfu mal-21 elf post tax-xogħol f’16-il pajjiż li 9,000 minnhom huma mifruxa mar-Renju Unit.