Raġel Amerikan għereq waqt li kien qed jipproponi lit-tfajla tiegħu taħt l-ilma waqt btala fit-Tanzanija.
Steven Weber u t-tfajla tiegħu Kenesha Antoine kienu qed joqgħodu f’kabina taħt l-ilma f’Mata Resort qrib Pemba Island.
Filmat li ttieħed juri lil Weber jinżel taħt l-ilma biex jistaqsi lil Antoine biex tiżżewġu fejn fil-filmat hu juri karta b’messaġġ miktub fejn urieh lit-tfala tiegħu mit-tieqa tal-kabina li kienet taħt l-ilma – bit-tfajla tiegħu tiġbed il-filmat.
Sfortunatament hu ma rnexxilux jerġa’ jitla’ f’wiċċ l-ilma.