Adrian Delia u Pierre Portelli mmutaw meta ġew biex jixhdu quddiem il-Kummissarju għall-Istandards dwar allegat aġir kriminali minn membri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd fil-ħarġa tal-Ħadd filgħodu.
Dawn l-allegazzjonijiet kienu qamu wara r-riżenja ta’ Pierre Portelli minn Kap Eżekuttiv ta’ media. Link f’Ġunju li għadda qalb inkwiet kbir fil-Partit Nazzjonalista.
Fl-ittra ta riżenja tiegħu Pierre Portelli kien kiteb li nies fil-grupp parlamentari kienu qed isostnu u jgħinu attivita kriminali minn persuni li ridu jeħilsu minn Delia.
Din il-kitba kienet waslet biex fit-tmintax ta’ Ġunju ċertu Marco Farrugia talab lill-Kummissarju tal-Istandards jinvestiga.
Iżda, l-investigazzjoni ma waslet għal imkien għax Portelli u Delia ftit li xejn ikkoperaw.
Dak li kiteb fl-ittra Pierre Portelli ma deherx li kien lest jissostanzjah meta deher quddiem il-Kummissarju għall-Istandards, George Hyzler. Dan anke jekk l-akkużi li għamel hu kienu mill-iktar serji tant li fi kliemu stess kienu ta’ natura kriminali.
“Portelli ma żvelax l-ismijiet tal-membri parlamentari li kien qed jirreferi għalihom fl-14 ta’ Ġunju 2019. L-informazzjoni li provda ma kinetx biżżejjed,” qal il-Kummissarju Hyzler. Dan anke jekk skont il-Kummissarju seta’ jiddentifikahom.
Lanqas il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma tefa’ dawl fuq il-każ.
Saħansitra qal lill-Kummissarju li ma daħalx fl-allegazzjonijiet li ta’ Portelli u saħansitra qal lill-Kummissarju li mhux se jiddiskutihom ma’ Pierre Portelli.
Il-Kummissarju għall-Istandards kien ċar ħafna meta kiteb li dak allegat lilu seta’ kien materja li tintbagħad għand il-Kummissarju tal-Pulizija.
Iżda, fid-dawl tan-nuqqas ta’ tagħrif li ngħata l-każ donnu weħel.Biex Delia għandu fil-grupp parlamentari persuni li għalkemm saru allegazzjonijiet kriminali fil-konfront tagħhom hu ftit li xejn għamel biex jara x’kienu u kif setgħet toħroġ il-verita.