Żewġ xufiera tal-coaches tal-passiġieri fl-Ajruport Internazjonali ta’ Malta kellhom jittieħdu għall-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa wara li ħabtu ġo xulxin aktar kmieni dalgħodu.
Il-vetturi tal-passiġieri, waħda tal-Air Malta u l-oħra tal-Aviaserv ma kellhomx nies fuqhom waqt il-ħabta.
Għal dan infetħet inkjesta interna sabiex turi x’kien li wassal għal dan l-inċident.