Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali jidhru xi sajjieda Maltin bejn sema u baħar fuq il-lanċa jipruvaw ineħħu ħabel li kien imwaħħal ma’ saqajn fekruna u li eventwalment seta’ jwassal għall-mewt tagħha.
Xħin is-sajjieda neħħew kull periklu minn mal-fekruna, dehru jerġgħu jpoġġuha lura fil-baħar Mediterran.
Intant, għal dan, in-Nature Trust appellat sabiex min xi darba jħabbat wiċċu ma’ każijiet simili jistgħa jċempel fuq 9999 9505.