Libjan ta’ 26 sena li jgħix San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntradam bil-ħadid f’fabbrika. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30pm fiż-żona industrijali ta’ San Ġwann metta l-vittma kien qed jaħdem f’fabbrika u ntradam bil-ħadid.
Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.