Il-Pulizija Taljana ħabbret li fl-aħħar sigħat wettqet operazzjoni kbira kontra kumpanija li toffri s-servizz popolari tal-IPTV.
Il-Pulizija Taljana qalet li għaddejja b’għadd ta’ tfittxija f’għadd ta’ pajjiżi fosthom l-Italja, l-Olanda, Franza u l-Bulgarija fi sforz biex iżżarma l-infrastruttura tal-kumpanija.
Skont il-Guardia di Finanza, aġenzija tal-inforzar tal-liġi taħt il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi, għaddejja operazzjoni enormi biex iżżarma servizzi ta’ software magħrufa bħala Xtream Codes.
Is-sistema hija offruta lill-pubblika għall-prezz ta’ bejn €10 u €15 fix-xahar.
Il-Guardia di Finanza qalet li f’din l-opoerazzjoni qed jieħdu sehem madwar 100 uffiċjal minn skwadra speċjalizzata fi ħdanha kontra l-frodi.
Żied jingħad li din l-azzjoni laqtet madwar 700,000 ruħ inkluż Maltin li kienu jsegwu l-logħob tal-futbol permezz ta’ din is-sistema.
Il-Pulizija Taljana fissret l-Xtream Codes bħala grupp kriminali internazzjonali li fil-mira tiegħu m’għandux biss l-Italja iżda wkoll għadd ta’ pajjiżi Ewropew.
https://www.youtube.com/watch?time_continue=7&v=spMgUIFl9cM