Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jiddefendi lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li għandu fuq rasu żewġ sentenza ta’ kundanna ċara mill-Qorti dwar il-każ skandaluż tal-art tal-Lowenbrau.
F’Lulju li għadda, il-Qorti tal-Appell ppreseduta mill-Imħallef Anthony Ellul kkonfermat li hemm responsabbiltà politika kbira ħafna li għandha tintrefa minn Jason Azzopardi dwar dan it-trasferiment tal-art li kien ġab il-kundanna wkoll tal-Awditur Ġenerali. Għal dawn l-aħħar ġimgħat Adrian Delia ma lissinx kelma dwar Azzopardi għajr li kien se jinjorah meta ħareġ jikteb kontrih fuq Facebook.
Il-Ħamis filgħodu, Adrian Delia, reġa naqas milli jaqbad il-barri minn qrunu u wara xhur b’fommu mitbuq dwar dan l-iskandlu, ħareġ jiddefendi lil Azzopardi u pprova jnaqqas mis-serjetà tal-każ.
Waqt li l-qorti kienet skjetta fil-konklużjonijiet tagħha u qalet li Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li ġara under his watch, Delia kompla jiddefendi l-għemil skandluż ta’ Azzopardi għax qalilna li xogħolu huwa biss li jikkritika lill-Gvern.
B’Delia tilifiha, u beda jaħrab milli jwieġeb dwar Jason Azzopardi.