Raġel mill-Belt ġie arrestat wara li ilejla aggredixxa pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijietu. ONE News jinsab infurmat li ilejla, pulizija tat-traffiku waqqaf lir-ragel barra l-mina ta’ Triq Reġjonali f’San Ġiljan minħabba li ma kellux in-numru tar-reġistrazzjoni mwaħħal mal-vettura u li kien bla liċenzja.
Jirriżulta li malli ġie mwaqqaf ir-raġel tilifha, ħebb għall-pulizija u tah daqqa ta’ ponn. Ir-raġel ġie arrestat u ittieħed l-għassa ta’ San Ġiljan għal aktar stħarriġ.
Il-pulizija li qala d-daqqa ta’ ponn ittieħed għall-kura u minn informazzjoni li ksibna rriżulta li għandu ġriehi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.