Eluf ta’ persuni rħewlha lejn il-Belt Valletta biex jiċċelebraw l-Malta Pride March.
Int min int u ġej minn fejn ġej, dan l-appuntament annwali madwar id-dinja jintlaqa’ bil-kbir minn bosta fejn jgħaqqad lill-kulħadd minn kull mixja tal-ħajja bħala familja waħda.
L-għan ewlieni wara din il-parata hu biex titfakkar l-importanza dwar il-jeddijiet ta’ persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti u dwar it-triq iebsa li kellhom jgħaddu minnha biex illum waslu fejn huma.
Bħal kull sena eluf jinżlu fit-toroq tal-Belt b’ilbies ikkulurit u bnadar bl-ilwien tal-qawsalla biex jiċċelebraw flimkien.
Preżenti għal din il-parata kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn flimkien ma’ membri Parlamentari oħra saħaq dwar kif din is-sena hi aktar sinifikanti minn snin oħra hekk kif pajjiżna għandu biex ikun kburi wara l-kisbiet li kiseb favur id-drittijiet ta’ persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti.
Fakkar kif Helena Dalli tinsab innominata biex issir l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.
#pride 🏳️🌈 more than ever as @helenadalli is nominated to become the first European Commissioner for #equality 🇲🇹 🇪🇺 -JM @ZammitLewisEdw pic.twitter.com/yIBgo6Rraw
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 14, 2019