Kienet operazzjoni mhux tas-soltu għal grupp ta’ ħaddiema tas-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivili meta l-Ħamis filgħaxija ġew imsejħa sabiex isalvaw qattus li kien għadu kif waqa’ f’bir ta’ residenza privata.
Minkejja li l-post li spiċċa fih il-qattus kien wieħed inaċċettabbli l-membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jinżlu sabiex salvaw lill-qattus u għaddewh lil-membri tad-Dipartiment tal-ħarsien tal-annimali għall-kura neċessarja.